Portafoll ambjentali: il-ħtieġa għal kurrikuli mmodernizzati li jiffukaw fuq kwistjonijiet ambjentali 

L-għan ta’ dan l-analiżi huwa li jiġu identifikati distakki ezistenti fil-kurrikuli universitarji kontemporanji f’termini ta’ l-għarfien u l-ħiliet li huma mrawwma permezz tagħhom, waqt li min-naħa l-oħra tenfasizza l-importanza għall-inklużjoni ta’ kwistjonijiet ambjentali, fost id-dixxiplini differenti.

Portafoll ambjentali 

Il-portafoll ambjentali huwa sett ta’ erba’ korsijiet universitarji żviluppati mill-imsieħba kollha, flimkien mal-materjal ta’ akkumpanjament għall-professuri / għalliema u l-istudenti. L-imsieħba se jiddisinjaw l-korsijiet identifikati, abbażi tar-riżultati ta’ O1. Is-suġġetti proposti għall-korsijiet qosra li għandhom jiġu żviluppati huma:

  1. Metodi parteċipattivi fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali
  2. L-istat attwali u futur taż-Żona Baltika u l-Mediterran f’perspettiva interdixxiplinarja
  3. Intraprenditorija – Enerġija Intelliġenti
  4. Sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija fil- / għall-organizzazzjonijiet (inklużi skejjel).

Manwal didattiku tal-portafoll ambjentali

L-imsieħba ser jiżviluppaw il-manwal didattiku, li ser jinkludi informazzjoni prezzjuża dwar x’inhu l-kors, l-objettivi ta’ tagħlim għal kull suġġett, l-eżiti tat-tagħlim, kif ukoll liema huma l-għarfien u l-ħiliet li l-parteċipanti huma mistennija li jiksbu wara parteċipazzjoni kompluta tal-kors. Barra minn hekk, il-manwal għandu jinkludi informazzjoni dwar metodi ta’ tagħlim li jservu sabiex jimmotivaw u jinvolvu l-istudenti u jgħinhom jimpenjaw ruħhom fit-twettieq ta’ l-e-Korsijiet żviluppati. Se jkun hemm wkoll materjal ta’ referenza kif ukoll rakkomandazzjonijiet għal aktar qari.

Linji gwida għall- sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija

Il-linji gwida għas-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija se jipprovdu dokument ta’ referenza metodoloġika għall-għalliema u l-ħarrieġa sabiex jgħinu lill-istudenti tagħhom jiżviluppaw Sistema ta’ Ġestjoni tal-Enerġija għall-organizzazzjonijiet magħżula. Fid-dokument, ser ikun ipprovdut informazzjoni importanti fir-rigward tal-passi li jridu jittieħdu, l-għodod li jistgħu jintużaw u l-objettiv ta’ kull pass deskritt bir-reqqa. Permezz ta’ dan id-dokument, l-imsieħba ser jimmiraw li jipprovdu manwal mingħajr wisq dettalji tekniċi, li għandu l-għan li jgħin lill-gruppi fil-mira sabiex jużawh matul il-fażi tal-validazzjoni tal-proġett u li jiggwida l-istudenti magħżula matul il-proċess ta’ żvilupp ta’ l-EnMS. Id-dokument, wara l-finalizzazzjoni tiegħu, se jiġi tradott fil-lingwi tal-imsieħba kollha, biex jiġi ffaċilitat l-użu tiegħu.

Korsijiet eLearning tal-portafoll ambjentali

Biex jingħaqdu flimkien il-korsijiet ta’ taħriġ tal-Portafoll Ambjentali, l-imsieħba se jiżviluppaw u jwasslu l-pjattaforma ghal eLearning, li permezz tagħha l-korsijiet se jkunu disponibbli għall-gruppi fil-mira.

Fl-istess ħin, l-imsieħba ser jadattaw il-kontenut diġà żviluppat, sabiex iservi l-għanijiet tal-komponent ta’ eLearning tal-proġett, li se jkun disponibbli permezz tal-pjattaforma. Il-pjattaforma se tinkludi subsett tal-korsijiet diġà żviluppati, speċifikament iddisinjati u adatti sabiex isiru permezz ta’ eLearning. Kif diġà deskritt hawn fuq, s-suġġetti tal-kors se jkunu:

  1. Metodi parteċipattivi fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali
  2. L-istat attwali u il-futur taż-Żona Baltika u l-Mediterran f’perspettiva interdixxiplinarja
  3. Intraprisa – Enerġija Intelliġenti
  4. Sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija fil- / għall-organizzazzjonijiet (inklużi skejjel).

Pubblikazzjonijiet xjentifiċi

Sabiex jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-ħolqien ta’ kuxjenza dwar il-ħtieġa għall-inkorporazzjoni tal-Portafoll Ambjentali fil-kurrikulu attwali fl-Edukazzjoni Terzjarja, l-Universitajiet parteċipi fil-konsorzju ser jabbozzaw u joħorġu erba’ artikli (wieħed kull wieħed) li għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnali xjentifiki jew magażins. L-artikoli se jiffokaw fuq il-ħtieġa għal bidla fl-istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Għola sabiex itejjbu l-kurrikuli tagħhom sabiex ikunu aktar orjentati lejn l-ambjent, fost dixxiplini oħra. Bħala għan dan huwa ċar, mhux biss permezz tal-istrateġiji nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti, iżda wkoll fuq livell Ewropew. Għalhekk, il-komunità xjentifika għandha tkun magħmula konxja mill-effetti pożittivi tal-applikazzjoni tal-Portafoll Ambjentali.

Il-kontenut tal-artikli ser jiġi deċiż fost l-Universitajiet u kull wieħed minnhom se jkun komplementari għall-oħrajn, sabiex jimmiraw li jipprovdu stampa ħolistika ta’ dak li l-proġett ikun identifika, kif indirizza l-ħtiġijiet tal-gruppi fil-mira u x’kien ir-rispons tagħhom. L-erba’ artikli huma mistennija qabel ix-xahar 22 u ppubblikati qabel tmiem il-proġett.

Share